Raġel minn Florida jinsab l-isptar wara li hekk kif ipprova jbuss serp tal-ispeċi magħrufa bħala rattlesnake, dan is-serp attakkah u gidmu.
Is-serp ġie misjub minn Charles Goff, li jgħix f’Putnam County iżda kien propju l-ġarr tiegħu bl-isem ta’ Ron Reinold li beda jilgħab mas-serp meta għamel deċiżjoni kerha li jipprova jbus lil dan is-serp.
Hu ttieħed l-isptar u bħalissa qed jirċievi l-kura meħtieġa.
Qed jingħad li wara li seħħ dan l-inċident is-serp irnexxielu jaħrab. Għadu mhux magħruf għalfejn Reinold ipprova jbuss lis-serp.