Gvern Laburista se jkun qed ikompli jintroduċi aktar libertajiet ċivili kif għamel tul l-aħħar erbà snin.
F’konferenza tal-aħbarijiet fi Pjazza San Ġorġ, il-Prim Ministru Joseph Muscat fakkar fil-ġurnata “simbolika” ta’ ċelebrazzjoni spontanja meta f’pajjiżna ddaħlet għall-ewwel darba l-unjoni ċivili.
“Ċelebrazzjoni li ma kinitx xprunata minn ebda partit politiku. L-ammont ta’ nies li ġew fil-pjazza biex jiċċelebraw pajjiż li għall-ewwel darba daħħal dawn id-drittijiet ċivili jibqa’ miktub fl-istorja ta’ pajjiżna.”
Il-Prim Ministru qal li għat-tieni sena, pajjiżna ġie kkonfermat bħala dak il-pajjiż fl-Ewropa li ma jiddiskriminax persuni LGBTIQ dan wara li dak li wiegħed, twettaq kollu. Stqarr li dan għalih huwa ta’ sodisfazzjon enormi hekk kif pajjiż li qabel ma kien jittollera dawn id-drittijiet illum qed ipoġġihom fuq nett tal-aġenda politika.
“Mijiet ta’ persuni li sa erba’ snin ilu kienu inviżibbli għas-soċjetà Maltija, illum il-ġurnata qed igawdu minn ugwaljanza. Prinċipju li l-proposti tagħna huma msejsa fuqu.”
Il-Mexxej Laburista fakkar li Gvern Laburista kien dak li ċeda l-kawża li kellu miftuħa l-Gvern preċedenti minn Joanne Cassar. Joanne kienet bidlet is-sess u l-Gvern preċedenti ma ridx jaċċetta l-bidla li għamlet iżda dan il-Gvern jħaddan it-tolleranza u stqarr li dan kien att ieħor simboliku ħafna għal pajjiżna.
“Dawn il-persuni kienu fuq wara tal-politika tal-Gvern Nazzjonalista, Gvern li n-nies tiegħu għadhom fiċ-ċentru tal-Partit Nazzjonalista. Illum dawn il-persuni ngħaqdu magħhom ukoll persuni estremisti li huma kontra l-libertajiet ċivili. Għalhekk, jeħtieġ li pajjiżna jagħżel li jkompli jagħmel qabża ‘l quddiem f’dawn il-libertajiet.”
Huwa għalhekk li Gvern Laburista, kif spjegat il-Ministru Helena Dalli se jkun qed jintroduċi aktar libertajiet ċivili:
AKTAR DRITTIJIET GĦAL KOPPJI TAL-ISTESS SESS
Gvern Laburista jagħti d-dritt taż-żwieġ lil koppji tal-istess sess
AKTAR DRITTIJIET GĦALL-PERSUNI TRANS U INTERSESS
Isir investiment f’aktar taħrig ta’ professjonisti fl-oqsma tassaħħa, psikoloġija, edukaturi u social workers biex jiġi mtejjeb is-servizz li jingħata partikolarment lil persuni trans u intersess.
Fil-każ ta’ persuni Trans, insaħħu s-servizz tas-saħħa offruti biex dawn ikunu aktar inklussivi għalihom billi terapiji ormonali u servizzi relatati jkunu inklużi fisservizz tas-saħħa provdut mill-Gvern.
TISĦIH TAL-ISTRUTTURI
Titwaqqaf Kummisjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Ugwaljanza
LIĠIJIET ĠODDA
Liġi dwar l-Ugwaljanza fl-oqsma kollha tal-ħajja
Liġi ġdida li tistabilixxi l-Kummissjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Ugwaljanza
Liġi dwar Vjolenza abbażi tal-Ġeneru u Vjolenza Domestika li timplimenta b’mod sħiħ il-Konvenzjoni ta’ Istanbul
Liġi dwar Żwieġ Indaqs
JIĠI MNIEDI DIBATTITU DWAR:
Il-cannabis għal użu rikreazzjonali Il-prostituzzjoni, bl-iskop li jiġu protetti aktar persuni vulnerabbli milli jiġu sfruttati bħala sex workers u fl-istess ħin insaħħu aktar il-ġlieda kontra t-traffikar ta’ persuni.
GENDER EQUALITY PLANNING
Nimxu lejn l-implimentazzjoni ta’ gender equality planning f’deċiżjonijiet ta’ policies u proġetti li l-Gvern ikun qiegħed jippjana Noħorġu equality assesements għal politika li l-Gvern ikun qiegħed iniedi u jattwa.
AKTAR NISA FIL-PARLAMENT
Nibdew diskussjoni dwar miżuri pożittivi li jistgħu jittieħdu sabiex aktar nisa jkunu rappreżentati fil-Parlament.
Din tkun tirrikjedi riformi anke fil-liġi elettorali b’diskussjoni bejn il-partiti politiċi Nevalwaw ukoll il-ħinijet tal-Parlament u kif dawn jistgħu ikunu aktar family friendly.
Min-naħa tiegħu l-kandidat laburista Andy Ellul ta elenku ta’ esperjenzi li ltaqa’ magħhom bħala avukat u nnotta d-differenzi li għamlu liġijiet bħal dawk tal-koabitazzjoni. Għalhekk, il-kandidat Laburista saħaq li Gvern Laburista għandu l-kredibilità dwar dawn id-drittijiet.
Dan għaliex dak kollu li wiegħed ġie mwettaq:
[pdf-embedder url=”http://www.one.com.mt/wp-content/uploads/2017/05/PRES-DAY-17-vFinal.pdf” title=”PRES DAY 17-vFinal”]