Il-President Amerikan Donald Trump allegatament wissa lill-eks direttur tal-FBI James Comey beiex iwaqqaf investigazzjoni dwar l-eks konsulent nazzjonali għas-sigurta Michael Flynn u konnessjonijiet li kellu mar-Russja.
Skont rapporti mill-midja internazzjonali dan ġara xi Frar li għadda, meta Trump, b’mod personali avviċina lil Comey u qallu I hope you can let this go.Din l-aħbar qajmet diversi mistoqsijiet qalb il-midja Amerikana minkejja li l-White House kienet pronta tgħid li dan kollu mhux minnu, għaliex il-president qatt ma talab lill-ġeneral Comey jew lil ħaddieħor biex iwaqqfu investigazzjoni.
Sadanittant ic-Chairman tal-Kumitat Oversight ġewwa l-White House Jason Chaffetz ordna li jkunu ppreżentati kull dokumenti dwar dan sal-erbgħa u għoxrin ta’ Mejju.