17:30: Ir-raġel l-ieħor li kien involut fl-argument ġie identifikat bħala ġuvni ta’ 21 sena ta’ nazzjonalità Somala. Hu qed isofri minn ġrieħi gravi.
10:46: Il-Pulizija kkonfermat li l-ewwel persuna li tieħdet l-isptar u li għadha ma ġietx identifikata qed issofri minn ġrieħi gravi filwaqt li l-persuna li ġiet arrestata hu raġel ta’ nazzjonalità barranija li għandu 21 sena u residenti Ħal Safi. Hu wkoll ittieħed l-isptar Mater Dei iżda l-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.
Aktar Qabel: Persuna ttieħdet l-isptar Mater Dei wara li ġarrab xi ġrieħi hekk kif qala’ daqqiet b’arma bil-ponta waqt argument fl-Imsida.
L-inċident seħħ kmieni dalgħodu fi triq Għajn tal-Ħasselin fl-Imsida.
Fl-argument kienu involuti żewġ persuni ta’ nazzjonalità barranija fejn fil-waqt li wieħed minnhom ittieħed l-isptar, il-persuna l-oħra ġiet arrestata mill-Pulizija.
Il-kundizzjoni tal-persuna li ttieħdet l-isptar għadha mhix magħrufa.