Tfajla Għawdxija ndarbet gravi wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku waqt li kienet qed issuq mutur fil-Mellieħa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:00 ta’ dalgħodu fi Triq il-Marfa, Mellieħa.
Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari illi sar irriżulta li kien seħħ impatt bejn mutur tat-tip Peugeot Crypton misjuq minn mara ta’ 19-il sena residenti r-Rabat Ghawdex u vettura tat-tip Peugeot Bipper misjuqa minn raġel ta’ 32 sena residenti r-Rabat Għawdex.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei. Aktar tard hija ġiet iċċertifikata li qegħda ssofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.