Il-GRTU ppubblikat il-proposti tagħha għall-elezzjoni ġenerali tat-tlieta ta’ Ġunju. 33 proposta li jippropronu miżuri biex in-negozji jkollhom aktar profattibilità filwaqt li jibbenefikaw minn inqas taxxi u burokrazija, li fi kliem il-GRTU dawn iż-żewġ fatturi jnaqqsu l-qliegħ.
F’konferenza tal-aħbarijiet, il-GRTU tkellmet dwar l-importanza ta’ kompetizzjoni ġusta biex in-negozji u l-bejjiegħa fit-toroq li ma jkollhomx il-permessi neċċessarji biex joperaw jingħataw multi aktar ħorox.
Il-GRTU tenniet li l-Gvern lest li jilqa’ rakomandazzjonijiet dwar il-bidliet fil-prezz tal-kera ta’ stabbillimenti kummerċjali. Il-GRTU saħqet ukoll dwar l-importanza li l-partiti politiċi jagħtu l-costings dettaljati tal-wegħdi li qed iħabbru biex dawn il-proposti verament ikunu realistiċi.