L-inċidenti tat-traffiku huma l-ikbar kawża ta’ mwiet fost iż-żgħażagħ fuq skala globali, dan skont stħarriġ li sar mill-Organizazzjoni Dinjija għas-Saħħa, WHO.
Fl-2015, kien hemm aktar minn 1.2 miljun adoloxxent li tilef ħajtu, bl-inċidenti tat-traffiku kienu responsabbli għal wieħed minn kull għaxra minn dawn l-imwiet. Il-maġġoranza tal-imwiet fit-toroq kienu jinvolvu subien ta’ bejn l-10 u 19-il sena.
L-imwiet bl-inċidenti tat-traffiku kienu segwiti minn infezzjonijiet fil-pulmun u suwiċidji.
L-iktar ħames kawżi ta’ mwiet fost iż-żgħażagħ ta’ bejn 10 u 19-il sena huma:
- Inċidenti fit-toroq
- Infezzjonijiet respiratorji
- Suwiċidju intenzjonat jew b’mod aċċidentali
- Mard ikkawżat minn Diarrhoeal
- Għarqiet
Dan ir-rapport juri li kuljum imutu madwar 3,000 adoloxxent.
Aktar minn 66% ta’ dawn, jitilfu ħajjithom fl-Afrika u fil-pajjiżi tal-Asja, imwiet li fil-maġġoranza tagħhom jistgħu jiġu evitati.