L-ewwel dibattitu tal-Awtorità tax-Xandir kellu jkun editjat għaliex l-attitudni agressiva ta’ Marlene Farrugia fil-konfront tal-Ministru Helena Dalli ma kinetx tajba biex tixxandar fuq it-televiżjoni.
Id-dibattitu li xxandar ilbieraħ kellu mistiedna lil Marlene Farrugia u Clyde Puli għal Partit Nazzjonalista u Helena Dalli u Silvio Schembri.
F’mument minnhom Helena Dalli rreferiet għar-rekord ta’ Marlene Farrugia u hawn kien hemm splużjoni b’Farrugia taqbeż fuqha tgħajjat tant li anke l-persuna tal-lingwa tas-sinjali tfixklet x’kellha tagħmel u spiċċat waqfet.
Kien hawn li ttieħdet id-deċiżjoni li dik il-biċċa tinqata’ u terġa’ tibda mill-ġdid bi preżentaturi ta’ esperjenza f’dawn id-dibattiti qalulna li din xi ħaġa li qatt ma ġrat.