Iċ-chairman tal-Assoċjazzjoni tal-Importaturi Maltin tal-Karozzin Joe Gasan qal li inċentivi li dan il-Gvern daħħal fis-seħħ qed ikunu ta’ ħafna ġid għas-settur. Innota li fl-ewwel kwart ta’ din is-sena, kien hemm iktar xiri ta’ karozzi ġodda milli dawk diġa użati.
l-ACIM ressqu numru ta’ rakkomandazzjonijiet biex is-suq tax-xiri ta’ karozzi ġodda jkun iktar sostenibbli.
Fost il-proposti li tressqu hemm li jsir forum regolari mal-Ministeru responsabbli mit-trasport u mill-finanzi u li titjieb it-taxxa tar-reġistrazzjoni tal-karozzi f’Malta. Kienu proposti wkoll inċentivi biex klijenti jinvestu fl-aħħar teknoloġija u f’karozzi elettriċi.
Il-Ministru għat-Trasport Joe Mizzi qal li l-industrija tal-vetturi Innota li kienu l-eluf dawk in-nies li bbenefikaw mill-iskema tal-iskrappjar. Dan filwaqt li spjega kif l-impenn tal-Gvern jibqa dak li jaħdem favur iktar toroq siguri u investiment fil-futur li se jikkontribwixxi għal dan. Huwa faħħar il-fatt li l-importaturi qed jintroduċu karozzi elettriċi u hybrid, li għalihom il-Gvern joffri benefiċċji finanzjarji u postijiet fejn jistgħu ikunu ċċarġjati.