Il-Kap tal-Oppożizzjoni indirizza mass meeting f’Ħaż-Żebbuġ u qal li l-Partit Nazzjonalista kellu bżonn jingħaqad ma’ ħaddieħor biex jiġġieled l-elezzjoni ġenerali li jmiss.
Dan f’diskors f’mass meeting fejn il-kelma ġlieda ssemmiet għal iktar minn darba. Reġa’ attakka l-istituzzjoni u appella lin-nazzjonalisti biex jiġbru kull vot possibbli. Filwaqt li reġa’ nsista li ma jridx l-għażla tkun bejnu u bejn Joseph Muscat, anke jekk minn fosthom irid jintgħażel Prim Ministru.
Il-mass meeting tal-Partit Nazzjonalista beda b’diskors tal-Viċi-Kap Mario De Marco li ħa l-udjenza lura għas-snin tmenin. Tant l- d-diskors tiegħu bdiet b’diskors dwar dak iż-żmien, bir-ripetizzjoni tal-għajta Xogħol, Ġustizzja u Libertà għal iktar minn darba.
Kliem De Marco kien ukoll mimli theddid. Il-Kummissarju tal-Pulizija kien wieħed fost dawk fil-mira, iżda mhux biss. Fil-mira ta’ De Marco kien hemm is-Segretarji Permanenti, Kapijiet ta’ Dipartimenti u ħaddiema oħra taċ-ċivil.
F’diskors ta’ nofs siegħa Mario De Marco ma semmiex proposta waħda għat-tmexxija ta’ pajjiżna. Tkellem ukoll l-kandidat tal-Partit Nazzjonalista, Godfrey Farrugia, li waqt id-diskors tiegħu dwiet għal iktar minn darba l-għajta nazzjonalisti nazzjonalisti. F’mass meeting fejn spikka n-nuqqas tal-kulur tal-bandiera Maltija, ma naqsitx referenza għal Marlene Farrugia.
“Inzerta li l-kuxjenza tiegħi u ta’ Marlene iltaqgħu u qed iħossu l-istess ħerqa.”