Ftit minuti wara li ntemm id-diskors tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat quddiem folla enormi fin-Naxxar kellu messaġġ x’jgħaddi.
Joseph Muscat qal li l-messaġġ ewlieni f’dan il-mass meeting kien li kif Gvern Laburista żamm kelmtu fl-aħħar erbà snin li għaddew se jkun qed jerġà jżomm kelmtu wara t-3 ta’ Ġunju li ġej.
Il-Mexxej Laburista qal li huwa mhux biss sodisfatt bl-ammont ta’ nies li nġabru iżda anke bil-pożittività tan-nies. Joseph Muscat qal li l-Partit Laburista qed imexxi kampanja realistika, ibbażata fuq erbà prinċipji ewlenin u proposti realistiċi li se jkunu qed jitwettqu.