Dalgħodu ngħata bidu għall-Kungress tal-Partit Laburista fil-gżira Għawdxija.
Kungress li qed jara s-sehem tal-pubbliku li bi ħġaru qed iressaq il-ħsibijiet tiegħu waqt workshop bit-tema tal-ambjent u l-prodott turistiku.
Temi li ngħaqdu flimkien fi sfond Għawdxi, eżattament fiċ-Ċittadella. Għal dan il-workshop hemm preżenti persuni minn kull qasam kemm negozjanti, ambjentalisti u residenti li qed iressqu l-proposti u l-ħsibijiet tagħhom.