Persuni li kienu qed jaqdfu f’bajja f’Kalifornja ngħataw aħbar ferm xokkanti waqt li kienu qed jaqdfu, dan hekk kif ħelikopter mid-Dipartiment tas-Sheriff’s avżhom li kienu qed jaqdfu ħdejn 15-il kelb il-baħar mill-kbar, tal-ispeċi Great White Sharks.
Il-filmat, li ttieħed mit-tim li kien abbord il-ħelikopter, juri kif il-klieb il-baħar kienu qed jersqu lejn ix-xatt b’mod kalm iżda żgur xokkanti għal kull min kien qiegħed fil-baħar jgħum. It-tim li kien abbord xegħel mikrofonu fejn avża lil kull min kien fil-baħar biex jitla’ x-xatt b’mod kalm sabiex il-klieb il-baħar ma jiġux allarmati.
Kieku kif tirreaġixxi jekk tisma’ lil xi ħadd jgħidlek li hemm ħmistax il-kelb il-baħar idur madwarek?