Meta kien qed jitkellem f’Ħal Qormi, Simon Busuttil qal li hu “biċċa” Kap tal-Oppożizzjoni. Busuttil qal dan meta kien qed jirrepeti l-istess argumenti fuq governanza u attakka lill-istituzzjonijiet.
Hawn qal li hu “biċċa” Kap tal-Oppożizzjoni se jagħmel dak li m’għamlux huma. Intant, meta tkellem dwar il-pensjonijiet reġa’ għamel żball bażiku fil-matematika. Qal li se jżid €22 fil-ġimgħa lil 18,000 pensjonant u skont hu din se tiswa €8,500,000. Iżda, kif kulħadd jista’ jiċċekja €22 fil-ġimgħa għal 18,000 persuna jiġu €20,500,000.
B’hekk fl-uniku kalkolu li għamel sa issa Simon Busuttil mar żmerċ bi tnax –il miljun ewro. F’Ħal Qormi Simon Busuttil qal li l-Partit Laburista għandu kontra l-pensjonanti u anke kontra n-nies tal-housing.
Busuttil qal ukoll li kien hemm eluf ta’ nies isegwuh fuq facebook live meta kienu qed isegwuh 651 persuna.