Il-proposta li studenti apprentisti jitħallsu minn tal-inqas il-paga minima ġabet reazzjoni pożittiva fl-MCAST fejn huma ħafna l-istudenti li jkollhom l-apprentistat bħala parti mill-kors tagħhom.
Fil-fatt, figuri uffiċjali juru li dis-sena hemm elf u disgħa u sittin student apprentist.
Silvio Debono, il-President tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Mcast, irrimarka kif il-proposta mħabbra mill-Prim Ministru Joseph Muscat se twassal biex l-edukazzjoni vokazzjonali verament tingħaqad mal-industrija.