Simon Busuttil reġa preżenta ruħu quddiem il-ġurnalisti bi proposti li diġà daħlu fis-seħħ minn dan il-Gvern.
Dalgħodu qal li jeżenta l-pensjonijiet mill-income tax. Imma fil-baġit li għadda diġà ġiet imħabbra din ir-riforma, fejn ingħad li pensjonanti li għandhom aktar minn 61 sena m’humiex se jibqgħu iħallsu income tax fuq pensjoni jew pensjonijiet li jistgħu jiġu minn sorsi differenti, inkluż dik tas-sigurtà soċjali, tat-teżor, kif ukoll pensjonijiet lokali jew barranin.
Preżenta wkoll numru ta’ proposti oħra li diġà daħlu fis-seħħ u li meta mistoqsi jiddiskuti hemm se jiswew, qal biss li se ‘jbiddel il-prioritajiet’ u permezz ta’ dawn il-prioritajiet ġodda, b’xi mod iġib il-fondi.