Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil qiegħed itenni li ta’ tlieta ta’ Ġunju hi elezzjoni mibnija fuq il-prinċipji.
Iżda, x’inhuma l-prinċipji ta’ Simon Busuttil?
Għax anke fejn jgħid li għandu prinċipju dawn jinbidlu mil-lejl għan-nhar u ċ-ċittadinanza b’investiment hija eżempju minnhom.
Kien jgħid li huwa programm kontra kull prinċipju li qatt ma seta jaċċetta, iżda issa donnu jrid iżommu.
Forsi għax fost l-iktar qrib tiegħu hemm min qed iħaddem dan il-programm u jaqla lira tajba?
Iżda, x’kien jgħid Simon Busuttil?