Il-qasam tas-saħħa bħalissa jinsab fil-bżonn ta’ madwar 400 infermier ġdid. Kien dan li tħabbar f’konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru Chris Fearne u l-Malta Union of Midwives & Nurses.
Dan fid-dawl li dalwaqt se jerġgħu jniedu r-recruitment drive bl-għan li studenti jkunu iktar mgħarrfa dwar il-korsijiet fl-Università ta’ Malta u dik ta’ Northumbria.
Apparti minn hekk din id-drive se tkun qed tgħin ukoll dawk li diġà ggradwaw sabiex isibu xogħol.
Tul dawn l-aħħar snin kien hemm medja ta’ 180 infermier li ggradwaw fis-sena. L-iktar oqsma li għandhom bżonn huma s-sezzjonijiet tas-saħħa ġenerali u dik tal-kura tal-anzjani, fejn sa tliet snin oħra mistennija li din il-mira tintlaħaq.