L-iskola Primarja tal-Mellieħa ċċelebraw Jum il-Buffi. Dan hekk kif it-tfal u l-istaff kollu ġew lebsin ta’ buffi bl-għan wara din il-ġurnata kienet li ngħollu l-moral tat-tfal li mhux dejjem ikunu qed jgħixu ħajja feliċi.
Barra minnhekk żewġ membri minn Dr Klown ġew spjegaw lill-istudenti r-rwol tagħhom meta jmorru l-isptar iferrħu lit-tfal li sfortunatament ikunu qegħdin l-isptar għal xi kura. Xi studenti ppreżentaw kartolini biex dawn jitqassmu lit-tfal fl-isptar meta jmorru jżuruhom.
Il-Kap tal-iskola Ms Mary Rose Cordina, qalet li hija temmen li lit-tfal irridu innisslu fihom l-importanza li ngħinu lil min hu fil-bżonn minn eta’ bikrija. Qalet ukoll li l-ħajja mhux dejjem tkun faċli, imma temmen li l-ħajja tkun sabiħa skont kemm tagħmilha kkulurita int.
Hi żiedet tgħid li nhar is-Sibt 13 ta’ Mejju, għar-raba’ sena konsekuttiva se jorganizza il-fiera Spring for Joy biex jiġbru fondi għal Puttinu Cares u Dr Klown, żewġ għaqdiet li jaħdmu mill-qrib mat-tfal. Hija ħeġġet lil kulħadd biex imur sal-iskola tal-Mellieħa fejn se jkun hemm ġurnata mimlija attivitajiet għall-familja kollha u b’hekk jgħinu biex jinġabru fondi għal dawn l-għaqdiet.