Il-bord ta’ gvernaturi fi ħdan l-FIAU (Financial Intelligence Analysis Unit) ikkjarifika l-pożizzjoni tiegħu dwar rapporti fuq il-mezzi tax-xandir. Innota li qed isiru sejħiet biex ikunu ppublikati rapporti kunfidenzjali tal-FIAU. Spjega li bil-liġi, il-bord huwa repsonsabbli mit-tip ta’ policy addotata mill-Unit, filwaqt li d-Direttur jara li ssir l-eżekuzzjoni ta’ din il-policy. F’ebda punt ma jidħol il-bord fl-attivitajiet operattivi tal-FIAU. La jkollu aċċess u lanqas jipprova jġib informazzjoni ta’ dak li l-FIAU huwa fil-pussess tiegħu.
B’hekk stqarrija dettaljata li qed nirrapportaw b’mod sħiħ turi li sejħiet li għamel lill-Avukat Ġenerali l-Kap tal-Oppożizzjoni huma impossibbli u llegali.
[pdf-embedder url=”http://www.one.com.mt/wp-content/uploads/2017/05/PR171205.pdf”]