Erba’ persuni ġew irrapportati neqsin wara li seħħ wieħed mill-akbar każi ta’ għarar f’żoni differenti fil-Kanada.
Fil-provinċja ta’ Quebec, il-Pulizija qed tfittex raġel u tarbija li nġarru mill-kurrent wara li l-karozza tagħhom nġarret għal ġo xmara.
Fil-British Columbia, in-naħa l-oħra tal-pajjiż, timijiet tas-salvataġġ qed ifittxu għal żewġt irġiel, fosthom jinkludu kap tad-Dipartiment tat-tifi tan-nar li safa nieqes tard il-Ġimgħa filgħaxija.
L-għarar affettwa wkoll il-provinċja ta’ Ontario u New Brunswick.
Fost il-persuni nieqsa hemm ukoll raġel anzjan ta’ 76 sena li ħadd għadu ma jaf fejn hu.
Għadd ta’ suldati qed jassistu lil dawk li sfaw milquta minn dan l-għarar filwaqt li l-iskejjel ingħalqu.
S’issa huma 1,500 persuna li evakwaw iż-żoni milquta, fejn huma bosta oħra li bħalissa qed jagħmlu l-istess permezz tal-għajnuna tas-suldati.