L-għada li f’Panama Papers ħarġu għadd ta’ ismijiet b’rabta mal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil indirizza konferenza tal-aħbarijiet li matulha deher f’paniku.
Irrepeta l-istess argumenti tal-aħħar xhur u ma wieġeb l-ebda mill-mistoqsijiet tagħna. Ma weġibx lanqas il-mistoqsijiet tal-Maltatoday li staqsew kif jaħsibha fuq kumpaniji offshore.
Fil-konferenza li fiha ddefenda lil Richard Cachia Carauna u Francis Zammit Dimech spikkat l-attitudni agressiva ta’ Busuttil li mhux biss ħarab iżda għajjarna wkoll iddisprati. Dan meta mistoqsi jekk hux aċċetabbli għalih li esponenti tal-Partit Nazzjonalista għenu biex jitwaqqfu kumpaniji fil-Panama u l-British Virgin Islands tant li isimhom feġġ ma’ dawk fil-Panama Papers. Dan anke jekk mingħajr is-sehem ta’ kumpaniji bħal ta’ Francis Zammit Dimech jew dik ta’ oħt Richard Cachia Caruana kumpaniji li għal xhur twal Simon Busuttil sejħilhom sors ta’ koruzzjoni qatt ma setgħu jinfetħu.