Il-Partit Laburista organizza konferenza tal-aħbarijiet fil-Birgu. Hemm is-Segretarju Eżekuttiv tal-Partit Laburista Lydia Abela u l-Ministru Chris Fearne tkellmu dwar kliem Simon Busttil fuq in-nies tan-nofsinhar ta’ Malta. Fearne spjega li Simon Busuttil huwa fattwalment skorrett. Jekk tqis 45 lokalità fil-gżejjer Maltin, mhux minnu li l-Birgu jiġi fuq quddiem fejn jidħlu ġenituri waħdehom u rati ta’ qgħad. Mhux talli hekk, talli jiġu fit-tletin post, jekk mhux iktar l-isfel. Il-problemi li semma Simon Busuttil, spjega Fearne, jeżistu kullimkien. Vera li nstabu ħafna sfidi minn din l-amminstrazzjoni meta telgħat fil-Gvern, iżda bdiet tindirizzahom. Bħal per eżempju, is-servizz ta’ ambulanzi minn Raħal Ġdid, li l-PN sejjaħlu ħela ta’ riżorsi. Dan qed isarraf f’riżultati fejn jidħlu kwistjonijiet ta’ bejn ħajja u mewt. Issa mistenni jiftaħ ċentru tas-saħħa f’Raħal Ġdid. “Waqt li għal Simon Busuttil, Malta maqsuma f’zoni, għall-Partit Laburista dan ma jgħoddx” qal il-Ministru.
Lydia Abela innotat il-fatt li minflok ressaq proposti xierqa għall-avvanz tal-popu Malti, Busuttil għajjar lin-nies tan-nofsinhar ta’ Malta. Forsi għax huwa konxju li saru avvanzi kbar f’dawn l-inħawi. “Il-Partit Laburista hija ta’ Malta u Għawdex kollu” qalet Abela.
Isma’ x’qal Busuttil ilbieraħ.
https://www.facebook.com/ONENEWSMALTA/videos/1471423872909364/