Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista ddefenda l-għażla tal-kandidat tal-Partit Nazzjonalista Josie Muscat. Josie Muscat, ta’ 74 sena, għamel dikjarazzjonijiet iebsa fosthom dwar il-vjolenza fuq in-nisa.Mistoqsi mill-ġurnalisti Busuttil qal li meta Josie Muscat aċċetta l-istedina tiegħu biex ikun kandidat tal-Partit Nazzjonalista għamel dan b’intenzjoni tajba. U sostna li l-importanti li Josie Muscat kontra l-Partit Laburista.
Fost oħrajn wieħed mill-aktar kummenti kontroversjali minn Josie Muscat u li ġab l-istmerrija ta’ ħafna fosthom tal-Konfederazzjoni Maltija tal-Organizazzjonijiet tan-Nisa kien meta Josie Muscat argumenta li huwa tort tan-nisa li ssir vjolenza domestika fuqhom.
Filfatt huwa kien ġie rapurtat jgħid li wħud min-nisa jipprovokaw l-irġiel biex isawwtuhom.
“Hemm nies li mhux neċċesarjament jaqblu mal-Partit Nazzjonalista,” qal Simon Busuttil li sostna li l-importanti li wieħed jingħqad kontra l-Partit Laburista. Dan biex iġġustifika l-għażla ta’ Josie Muscat.
Sa xahrejn ilu stess, Josie Muscat kiteb fuq it-Times u sejjaħ l-idea li l-unjoni ċivili għall-koppji omosesswali tinbidel fi żwieġ bħala waħda falza.
Fil-ħamsa ta’ Marzu li għadda, Josie Muscat uża kliem iebes fil-konfront ta’ koppji gay li ma jixtieqhomx igawdu mid-drittijiet ċivili li kisbu f’dawn l-aħħar erba’ snin.