Ilbieraħ il-Pjazza taż-Żejtun marret għat-Tieni Gwerra Dinjija b’ilbies ta’ żmien il-Gwerra waqt l-attività li ttellat għall-ewwel darba “Iż-Żejtun Taħt in-Nar”, kienet ta’ suċċess kbir. B’din l-attività l-Kunsill Lokali taż-Żejtun fakkar il-75 sena anniversarju mit-traġedja tal-Pjazza taż-Żejtun u l-50 sena mit-tqegħid tal-lapida biex tfakkar il-vittmi.
ll-pubbliku li attenda seta’ jara reenactments minn diversi gruppi, ilbies ta’ dak iż-żmien fosthom l-uniformijiet tal-ewkipaġġ u l-piloti tal-Luftwaffe Junkers 88 li tefgħu l-bombi magħrufa bħala butterfly bombs li kienu wkoll esposti għall-pubbliku, wirjiet ta’ karozzi, il-karozza tal-linja taż-Żejtun, iċ-ċertifkati tal-mejtin, u ħafna oħrajn. Barra minn hekk, kien hemm il-Victory Kitchen li l-pubbliku seta’ jduq l-ikel bla ħlas.
Dawk kollha li attendew setgħu jisimgħu wkoll rakkonti mill-persuni li għexu f’dak iż-żmien tal-biża’ tat-Tieni Gwerra Dinjija. F’din it-traġedja dakinhar kienu mietu 28 sena persuna, u diversi oħrajn feruti. Il-bombi għadhom jidhru mal-faċċatta tal-Knisja Parrokkjali taż-Żejtun.