Il-Prim Ministru Joseph Muscat, illum żar lid-dilettanti tal-motorsport fl-Imtaħleb, flimkien mas-Segretarju Parlamentari Chris Agius.
Il-Prim Ministru tkellem flimkien mad-dilettanti fejn qal li l-post identifikat fejn se ssir it-trakka tal-karozzi, ġie magħżul apposta dan sabiex isir l-inqas ħsara ambjentali u li t-trakka żgur se tkun qed issir.
Muscat qal li bħala kumpens tad-dewmien, il-Gvern se jkun qed jagħti l-asfalt lill-Imtaħleb Hillclimb, b’investiment ta’ €200,000 sal-aħħar tas-sena.