Id-dikjarazzjoni tal-Prim Ministru dwar il-ħtieġa li pajjiżna jibda jiddiskuti l-kanabbis li tintuża għall-użu rikreattiv u r-regolarizazzjoni tagħha, tefgħet f’konfużjoni lill-Partit Nazzjonalista li dwar diversi suġġetti qed jibqa jsib minn jiġbed naħa u min oħra.
In-nuqqas ta’ qbil u ċarezza mhux biss jeżistu fil-koalizzjoni, iżda wkoll fost il-membri tal-grupp parlamentari. Osservaturi politiċi nnotaw li għalkemm diskussjoni dejjem tkun mistennija ħadd ma basar li l-Kap tal-Oppożizzjoni u l-kelliem ewlieni tiegħu għall-ġustizzja kienu se jkunu daqstant estremi kontra xulxin.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, qal li l-Partit Nazzjonalista huwa favur diskussjoni infurmata. Iżda, Jason Azzopardi kiteb fuq facebook, tista tgħid fl-istess ħin li d-dikjarazzjoni tal-Prim Ministru kienet “opportuniżmu li ma jitwemminx.”
“Moqżież,” żied jikteb Jason Azzopardi li fil-Partit Nazzjonalista huwa wieħed mill-iktar deputati li għandhom saħħa.
Qal ukoll li din mhix politika u mhux il-mod kif wieħed jindirizza kwistjonijiet sensittivi. Fl-istess ħin net news kienu pronti jtellgħu artiklu biex jgħidu li l-Kap Nazzjonalista kien lest jiddiskuti.
Anke għax għal darb oħra inqabad isegwi lill-Prim Ministru li reġa’ qiegħed fuq quddiem nett bil-proposti għall-bidliet fis-soċjetà Maltija. Bidliet mibnija fuq diskussjoni u l-ħtieġa ta’ soċjetà iktar miftuħa