Beppe Fenech Adami huwa dak li qed isejjaħ il-press conferences f’isem il-Parti Nazzjonalista, kif għadu kemm għamel dalgħodu quddiem Kastilja.
Mistoqija mill-aktar prevedibbli li ilna nsaqsuh għal dawn l-aħħar xhur hija: Se joqgħod għal tax audit biex il-poplu jifhem kif sar miljunarju?
Ir-reazzjoni tiegħu hi li jaħrab.
Reazzjoni li xejn mhi ġustifikata, meta wieħed li għandu l-inkjesta Capital One imdendla fuq rasu u tant qed jitkellem fuq trasparenza. Intant il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil jidher lest ikompli jinħeba wara allegazzjonijiet u skandli infondati biex ma jieħux azzjoni fil-konfront ta’ Beppe Fenech Adami, li waqfet investigazzjoni kif tela’ ismu.