Stqarrija mibgħuta mill-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew Alfred Sant tgħid kif Sant, Marlene Mizzi u Miriam Dalli, it-tliet Ewroparlamentari li qed jirrapreżentaw lill-Partit Laburista fil-Parlament Ewropew għandom il-Financial Accounts aċċessibbli fuq il-websites rispettivi tagħhom. Dan huwa ferm aktar minn dak mitlub mir-regoli tal-Parlament Ewropew u b’impenn totali mal-valur tat-trasparenza. Dan isir fuq bażi annwali.
L-istqarrija tgħid li din hija kontradizzjoni flagranti mad-dikjarazzjoni ta’ Simon Busuttil meta qal li l-Ewroparlamentari Laburisti ma jippubblikawx l-accounts tagħhom.
“Din hija gidba assoluta ta’ Simon Busuttil”
Id-dikjarazzjonijiet tat-tliet Ewroparlamentari Laburisti huma aċċessibli fuq dawn il-websites rispettivi.
www.alfredsant.eu ; www.miriamdalli.com; www.mizzimarlene.com