F’Novembru li għadda l-ammont ta’ persuni reġistrati jaħdmu full time żdiedu b’5.2%, filwaqt li dawk b’xogħol part time bħala l-impjieg ewlieni tagħhom żdiedu b’5%, meta mqabbel mal-istess xahar ta’ sena qabel.
Skont Jobsplus, f’temp ta’ sena, l-ammont ta’ persuni fis-suq tax-xogħol żdied b’4.1%. Dan kien dovut għal żieda fl-ammont ta’ nies b’impjieg u tnaqqas fl-ammont ta’ qgħad.
L-ikbar ammont ta’ impjiegi nħolqu fis-settura tar-rikreazzjoni u s-settur amministrattiv.