Raġel ta’ 51 sena ttieħed l-isptar Mater Dei wara li ġarrab xi ġrieħi hekk kif it-trakk li kien qed isuq fi Triq magħrufa bħala t’Alla u Ommu direzzjoni lejn in-Naxxar, għal xi raġuni mhux magħrufa inqaleb bih.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7:20 ta’ dalgħodu.
Fuq il-post issejħu membri mill-Protezzjoni Ċivili u Pulizija.
Ir-raġel ma jisnabx fil-periklu tal-mewt.