Ir-ribelli Sirjani ħarġu ‘l barra waqt l-iffirmar ta’ ftehim għal żoni siguri fis-Sirja.
Dan il-ftehim imfassal mir-Russja ġie iffirmat f’Astana, il-Każakistan.
Kemm ir-Russja u l-Iran fuq naħa u t-Turkija fuq naħa oħra iffirmaw dan il-ftehim iżda r-rappreżentanti tar-ribelli ma qablux miegħu u telqu ‘l barra waqt l-iffirmar.
Il-ftehim jitkellem dwar żoni siguri fis-Sirja sabiex persuni ċivili ma jinqabdux fil-kunflitt imdemmi li ilu għaddej sa mill-elfejn u ħdax.
Il-President Russu Vladimir Putin saħaq li ajruplani Russi mistennija jieqfu jibumbardjaw dawk imsejħa bħala żoni siguri.