Libjan residenti l-Mosta weħel seba’ snin ħabs wara li kien parti minn serqa fuq anzjan ta’ wieħed u tmenin sena.
Iakob Nori ta’ wieħed u erbgħin sena kien daħal jisraq anzjan li joqgħod fix-Xemxija f’Diċembru ta’ ħames snin ilu.
Miegħu kien hemm Twanny Grima li ammetta l-akkużi u weħel sena u nofs ħabs b’rabta mal-istess każ.
Fil-Qorti ġie spjegat li l-Libjan u l-Malti kienu ilhom jħufu u jippjanaw li jisirqu l-anzjan u lejliet li daħlu fuqu u heddewh b’sikkina marru ħdejn id-dar bl-iskuża li saħħnitilhom il-karozza.
Hawnhekk kien l-anzjan li offrilhom l-ilma u dawn daħlu ġewwa u osservaw id-dar sewwa.
Intqal ukoll li l-għada daħlu mgħammda għall-anzjan li mhedded mill-ħallelin kellhom jurihom fejn kellu l-flus u serqulu elf u mitejn ewro.