Skont stħarriġ li sar fost it-telespettaturi Franċiżi, il-kandidat Presidenzjali Franċiż Emmanuel Macron kien iktar impressjonanti mir-rivali tiegħu Marine Le Pen waqt l-aħħar dibattitu televiżiv.
Il-kandidati tefgħu insulti lejn xulxin għal iktar minn sagħtejn, u argumentaw fuq it-terroriżmu, l-ekonomija u l-Ewropa.
L-istazzjon BFMTV sab li l-votanti kellhom opinjoni iktar favoreveoli ta’ Macron milli ta’ Le Pen fil-maġġoranza tal-kategoriji.
Kienu tlieta u sittin fil-mija tat-telespettaturi li qalu li huwa kien l-iktar wieħed konvinċenti mit-tnejn li huma.