Il-Kap tal-Oppożizzjoni se jkun qed jikkontesta fuq il-11 u t-12-il distrett. Ħabbar dan fuq il-programm Dissett wara li l-Prim Ministru qal ilbieraħ li se jkun qed jikkontesta it-2 u 5 Distrett.
Il-11-il Distrett jinkludi Ħ’Attard u Mosta filwaqt li t-12-il distrett jinkludi n-Naxxar, San Pawl-il Baħar u l-Mellieħa. Fl-2013, Simon Busuttil ikkontesta ukoll fuq il-11-il Distrett iżda din is-sena żied distrett.