Il-Prim Ministru Joseph Muscat żar is-sit tal-hub il-ġdida tal-busy bee fl-Imrieħel.
Hemm kien spjegat kif dan il-hub se jaqdi kull bżonn tal-kumpanija fis-settur tal-catering; minn imħażen, sa bejgħ tal-prodotti lil ħwienet differenti.
Filwaqt li kien innotat li ħafna mill-ħaddiema se jgawdu mill-pjan tal-Partit Laburista ta’ inqas piż ta’ taxxa xogħol billi se jnaqqas it-taxxa tad-dħul fuq xogħol part time minn ħmistax fil-mija għal għaxra fil-mija.
Il-kumpanija Busy Bee qed taħseb biex iżżid il-ħaddiema hekk kif il-hub ġdid fl-Imrieħel qed jitlesta mill-fażi ta’ kostruzzjoni. Spjega dwar dan Brian Friggieri, direttur tal-kumpanija.