Il-preżentatriċi Marisa D’Amato tal-programm tal-mużika Country, Country Jamboree, ingħatat il-premju ta’ “International Country Artist of the Year” waqt l-Irish Hot Country TV Awards fl-Irlanda. Dan ħabbritu D’Amato f’messaġġ fuq is-sit soċjali Facebook.
Hi sostniet li dan hu unur kbir għaliha u kif ukoll għal Malta. Faħħret u rringrazzjat lil Hugh O’ Brien tal-ispettaklu li kien hemm fil-lejl ta’ meta ngħataw il-premji.
“Din hi kisba kbira għalija, aktar milli qatt ħlomt,” temmet tgħid D’Amato.