Ġurnata oħra, iżda l-istess tajn mill-Partit Nazzjonalista li għal darb’oħra qed juri li m’għandu xejn ġdid. Il-Partit Laburista qal li dan il-Partit m’għandu xejn x’joffri għal pajjiżna ħlief negattività u iktar negattività.
Il-Partit Laburista spjega d-differenza bejn Simon Busuttil u Joseph Muscat:
“Immaġinaw ftit l-istampa dalgħodu. Beppe Fenech Adami u Simon Busuttil jirrepetu l-gideb. Joseph Muscat u Edward Scicluna jispjegaw tax refund għal 190,000 persuna u tax exemption għall-istudenti.”