Attakk suwiċida fuq konvoj tan-NATO waqt li kien fuq missjoni fl-Afganistan ħalla minn tal-inqas tmien persuni mejta f’Kabul.
Il-vittmi kienu kollha persuni ċivili, skont kellim għall-Gvern. Minn tal-inqas 25 persuna sfaw midruba, fosthom hemm tliet membri mis-servizz tal-Istati Uniti.
L-attakk li sar fuq grupp ta’ vetturi tal-militar seħħ qrib l-Ambaxxata tal-Istati Uniti filgħodu.
L-Istat Islamiku, magħruf ukoll bħala Daesh, ħa r-responsabbiltà għal dan l-attakk.
Il-grupp ilu jokkupa l-Afganistan mis-sena 2015 u wettaq għadd ta’ attakk fil-pajjiż f’dan l-aħħar żmien.