Qorti fi Munich ma laqgħetx talba ta’ mara biex iġġiegħel lukanda tagħti l-isem u l-indirizz ta’ raġel li qattgħet tlett iljieli miegħu seba’ snin ilu, dan biex tkun tista’ titolbu l-manteniment għal tifel li twieled mir-relazzjoni.
Il-mara qalet li kienet taf biss li jismu Michael u li kienu f’kamra fit-tieni sular.
Il-każ ikkomplika aktar ruħu għax f’dawk il-jiem, fil-lukanda kien hemm erbat irġiel jisimhom Michael.
Il-Qorti qalet li l-lukanda għamlet sewwa li rrifjutat li tgħaddi l-informazzjoni lill-mara għax kienet tikser il-liġi tal-protezzjoni tad-data.