Malta kienet t-tielet l-inqas pajjiż b’rati ta’ qgħad fl-Unjoni Ewropea tul ix-xahar li għadu kif intemm.
Skont l-Eurostat, kienu r-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja u Malta li kellhom l-inqas rati ta’ qgħad.
Ir-Repubblika Ċeka kellha rata ta’ qgħad ta’ 3.2%, il-Ġermanja 3.9% u Malta 4.1%. Il-medja Ewropea hija 9.5%. Jiġifieri Malta għandha rata li hija inqas minn nofs il-medja Ewropea.
L-impjieg issemma dalgħodu bħala wieħed mill-prioritajiet ewlenin tal-Partit Laburista għal din l-elezzjoni ġenerali. Partit Laburista fil-Gvern impenjat li jkompli jinċentiva lin-nies jidħlu fid-dinja tax-xogħol u jsostnu l-impjieg tagħhom permezz ta’ miżuri maħsuba b’għaqal, issa li Malta qed tirreġistra surplus.