“Nifhmu d-diffikultajiet finanzjarji li jiffaċċjaw koppji żgħazagħ meta jiġu biex jixtru l-ewwel dar tagħhom”.
Qal dan il-Prim Minsitru u Mexxej Laburista Joseph Muscat meta ħabbar il-wegħda ewlenin tal-Partit Laburista jekk jerġa’ jkun fit-tmun tal-pajjiż.
Ġvern ġdid immexxi minn Joseph Muscat iniedhi skema soċjali ġdida fejn dan il-Gvern jiggarantixxi 10% depożitu lill-koppji li ma jkollhomx aċċess għal dawn il-fondi, jekk hux minħabba li għadhom studenti, jew jekk wieħed mill-partners għadux student jew jekk il-koppja m’għandiex l-ammont neċessarju.
Għal dawk li ma jridux isiru sidien, ser jitħabbru inizjattivi speċifiċi għas-suq tal-kera.
Il-pass naturali li jmiss, spjega Joseph Muscat, huwa li jingħata apoġġ lill-familji li jkunu qed jiċċaqalqu mill-ewwel propjetà tagħhom għal dar ġdida. Ser inkunu qed nagħtu appoġġ lil dawn il-familji bl-istess mod li appoġġjajna lill-first time buyers biex dawn ikunu jistgħu jagħmlu l-investiment ta’ ħajjithom fejn ikunu jistgħu jixtru d-dar tal-ħolm tagħhom biex jikbru fiha mal-familja.