Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, nieda t-tema tal-kampanja elettorali tal-Partit Nazzjonalista.
Bit-tema Jien Nagħżel Malta, Simon Busuttil, beda biex qal li l-elezzjoni ġiet iktar minn sena qabel żmienha, anke jekk il-mandat tal-gvern kien baqalu tmien xhur u mhux iktar minn sena.
Fuq kollox il-Kap tal-Oppożizzjoni akkuża lill-Prim Ministru li jrid elezzjoni biex l-inkjesta tieqaf tinvestiga l-allegazzjonijiet dwaru.
Iżda, meta mistoqsi dwar x’jagħmel jekk l-inkjesta ma ssib xejn fil-konfront tal-Prim Ministru, Busuttil qal ma riedx jikkommetti ruħu li jirriżenja u qal li issa dak irid jarah il-Maġistrat.
Iżda, ma laqax l-isfida tal-Prim Ministru li jekk jirriżulta li hu ma qalx il-verità jirriżenja. Tkellem ukoll dwar il-proċess elettorali. Qal li se jsegwuh b’reqqa u fisser kif skont hu deċiżjonijiet li se jittieħdu u jistgħu jitqisu bħala xiri ta’ voti u jqishom corrupt practices.
Mistoqsi dwar l-istabbiltà u l-koalizzjoni bejn il-Partit Demokratiku u l-Partit Nazzjonalista Busuttil qal li Joseph Muscat ġab l-instabbiltà. Simon Busuttil tkellem ukoll li din hi l-ewwel esperjenza u fil-konferenza tal-aħbarijiet talab lill-Alla jgħinu.