Eminem ħa passi legali kontra l-partit li qed jiggverna fi New Zealand wara li għamlu użu minn kanzunetta minn tiegħu waqt reklam li ntuża għal kampanja elettorali fl-2014.
Ir-rapper qal li l-kanzunetta, li ġiet wżata f’reklam mill-Partit Nazzjonali fl-2014, kienet verżjoni mhux liċenzjata tal-kanzunetta ‘Lose Yourself’, waħda mill-iktar kanzunetti li saru famużi.
Iżda l-avukati tal-partit argumentaw li l-kanzunetta ma kinitx ‘Lose Yourself’, iżda kanzunetta jisimha Eminem-esque li xtraw minn librerija onlajn tal-mużika.
Il-każ beda jinstema’ llum, biż-żewġ kanzunetta ndaqqu fil-Qorti.
Avukat għal Eight Mile Style – il-grupp li jirrappreżenta lill-kantant – qal li ‘Lose Yourself’ kienet ‘ikonika’ u “li mingħajr ebda dubju din kienet id-djamant fil-kuruna tal-karriera mużikali ta’ Eminem.”