Is-sensazzjonaliżmu u d-dimostrazzjonijiet jolqtu b’mod negattiv lin-negozji. Dikjarazzjoni ċara tal-General Retailers and Traders Union (GRTU) li appellaw għal stabbilità fil-pajjiż u soluzzjonijiet favur l-istabbiltà.
Il-GRTU qalet li n-negozji qed ikunu milquta b’mod negattiv bis-sitwazzjoni politika tensa li hawn fil-pajjiż bħalissa.
Dan għax din is-sitwazzjoni ma tgħmilx ġustizzja, qalet il-GRTU li żiedet li r-riżultati b’saħħithom fl-ekonomija Maltija huma mertu tal-gvern iżda wkoll tan-negozji u dan ix-xogħol m’għandux jintrema.