It-Times of Malta għamlet dikjarazzjoni ċara li ma tridx li ssir elezzjoni għalissa.
Dan fl-editorjal tal-Ħadd fejn irrikonoxxiet li l-aħħar erba’ snin ipproduċew riżultati ekonomiċi impressjonanti u kif il-qgħad jinsab fl-inqas livelli fl-istorja, bid-defiċit jinbidel ukoll f’surplus. Dan fl-istess ħin li l-faqar qed jonqos u li l-pajjiż miexi l-quddiem.
L-editur tat-Times jinnota li teżisti spekulazzjoni ta’ elezzjoni f’Ġunju u jgħid li din hija ħażina ħafna. Fi kliem ieħor ma jridiex.