Kellu jkun nhar ta’ Sibt b’ differenza għal diversi familji li kuljum iħabbtu wiċċhom ma’ sfidi partikolari minħabba li uliedhom ġarbu l-kundizzjoni tal-awtiżmu.
Kien nofs ta’ nhar pjaċevoli għal tfal bl-awtiżmu li għal sigħat sħaħ intilfu f’dinja għalihom. Iżda min-naħa l-oħra kien wieħed informattiv għall-ġenituri tagħhom, li ta’ kuljum diversi domandi dwar din il-kundizzjoni ma jħalluhomx kwieti.
Valerie Brincat, kap tal-komunikazzjoni tal-Assoċċjazzjoni tal-ġentirui tat-tfal bl-awtiżmu, l-APA, spjegat li dan kollu huwa parti mill-laqgħa ġenerali annwali ta’ din l-NGO.
L-APA hija magħmulha biss minn ġenituri li jafu x’jiġifieri li uliedhom iħossuhom waħedhom, u jafu l-uġiegħ li ġġib magħha d-domanda ‘għaliex tiegħi?’.
Waqt il-laqgħa kienu diskussi diversi proġetti li l-assoċċjazzjoni se taħdem għalihom din is-sena, fosthom li kulleġġi tal-MCAST ikollhom biżżejjed faċilitajiet biex ikunu ‘autism friendly’.
Preżenti ukoll kien hemm ic-chairperson tal-Fondazzjoni Marigold, Michelle Muscat, li fakret kif l-attivita ġiet propju fi tmiem ix-xahar iddedikat għall-għarfien dwar l-awtiżmu.