Il-Partit Nazzjonalista qed iħaddem skema oħra biex idaħħal il-flus, li hija rregolari u saħansitra iktar minn hekk.
Tikkonferma dan investigazzjoni esklussiva tal-gazzetta KullĦadd li l-ewwel parti tagħha se tkun ippubblikata fil-ħarġa tal-Ħadd.
Fl-aħħar erba’ snin it-tmexxija ta’ Simon Busuttil spikkat għal mod kif ħafna mill-finanzjament tal-partit kien imdawwar ma’ sistemi li mhumiex konfromi mar-regoli tat-trasparenza u saħansitra lanqas mal-liġijiet.
U dak li mistenni jkun żvelat il-Ħadd mistenni jagħti daqqa oħra l-kredibbiltà ta’ Simon Bsuuttil b’rabta mat-tema tal-finanzjament tal-partiti. Kredibbilta li diġa’ ma tantx għandu.
Jirriżulta li minn din l-iskema l-Partit Nazzjonalista qed idaħħal eluf ta’ ewro fis-sena. Flus li fost oħrajn juża biex iħallas pagi u spejjeż oħra.
Bħal fl-iskema tal-invoices foloz tad-DB il-Partit Nazzjonalista se jkollu ħafna xi jwieġeb dwar dan il-każ li biex inħadem jinvolvi minn tal-inqas tliet esponenti oħra tal-istess partit.
B’hekk wara l-iskema ċedoli u l-invoices foloz issa Busuttil se jkollu jwieġeb dwar każ ġdid. Għalkemm naturalment mistenni jiġġustifikah kif iġġustifika ta’ qablu.
Għaliex għalih l-importanti kien li jsibu l-eluf ta’ ewro biex il-Partit Nazzjonalista jibqa’ għaddej. Sakemm jaslu, il-kif mhuwiex daqstant importanti.