Is-Segretarji Parlamentari Chris Agius u Deborah Schembri niedew l-liġi dwar il-kummerċjalizazzjoni tal-faċilitajiet sportivi.
F’konferenza tal-aħbarijiet kienu spjegati l-linji gwida, rekwiżiti u limitazzjonijiet li din il-bidla fil-liġi se tinkludi biex parti minn dawn is-siti jiġu kkumerċjalizzati.
Is-Segretarju Parlamentari Chris Agius saħaq li dan se jġib għall-assoċjazzjonijiet sportivi, li permezz tal-finanzjament ikunu jistgħu jżommu livell għoli tal-faċilitajiet tagħhom, u joffru l-possibilità ta’ qabża fil-livell tal-isportivi Maltin.
Il-liġi tnediet wara serje ta’ laqgħat ma’ entitajiet sportivi li wrew entużjażmu għax wara ħafna snin se jagħmlu pass importanti fl-iżvilupp tal-artijiet mogħtija fil-maġġoranza tagħhom fl-1996 mill-Gvern tal-ġurnata permezz ta’ titlu.
Il-kuntratti tal-faċilitajiet eżistenti li jużaw il-klabbs jistipulaw li l-art trid tintuża biss għal skopijiet sportivi, iżda l-iskop ta’ din il-liġi huwa proprju biex tneħħi ir-restrizzjoni.