Il-Whip tal-Partit Laburista kiteb ittra lill-Prim Ministru jinformah bir-riżenja tiegħu.
Godfrey Farrugia qal li filwaqt li se jirriżenja minn kariga ta’ Whip, se jibqa mambru parlamentari fil-backbench tal-Gvern.
Stqarrija mill-Partit Laburista
Il-Prim Ministru rċieva ittra tar-rizenja ta’ Godfrey Farrugia minn Whip tal-Grupp Parlametari Laburista.
Dr Farrugia nforma lill-Prim Ministru li se jkompli jagħmel parti mill-Grupp Parlamentari Laburista.
Il-Prim Ministru jirringrazzja lil Dr Farrugia tal-ħidma tiegħu. Tony Agius Decelis se jkun aġent Whip sakemm tiġi eletta persuna oħra fil-kariga.